Description

Barra l-politika u l-avokatura, Ganado ħalla kontribut enormi fl-istudju tal-istorja, fl-avvanz tal-kultura, fl-identità tal-profil nazzjonali. Bena fuq dak li ħalla missieru, l-Imħallef Robert, li jidher li kien riċerkatur metikoluż f’żoni partikolari tal-istorja, bħal dik tas-servizz ċivili. Albert kabbar immensament l-għelieqi tal-interessi kulturali. Kien ħafna dak li żera’ u aktar dak li ħasad. Tista’ tgħid li huwa fost l-iprem fundaturi tal-kartografija xjentifika Maltija. Qablu kien hemm xi interess, imma meta Ganado ħa l-istudju tal-mapep f’idejh, ġrat rivoluzzjoni siekta u llum din id-dixxiplina tistrieħ fuq pedamenti taż-żonqor. Huwa minn dejjem fittex jiġbor, jippreserva, jistudja u jxerred dak kollu li jaqa’ taħt l-umbrella ta’ Melitensia. Minn delizzju tal-ftit, illum il-kilba għall-Melitensia nxterdet sew. Hija parti mill-għatx ta’ kull wieħed li jiskopri l-għeruq u l-identità tiegħu. Żgur li l-kontribut ta’ Albert Ganado, u tal-kollezzjonijiet bla qies tiegħu, kien fost l-aktar determinanti f’dan il-qasam.

F’dawn il-memorji nsibu dan kollu u iżjed. Huma l-awtoritratt tal-awtur, imma huma wkoll l-x-rays tiegħu. Huma r-reżukont ta’ kif ġara dan kollu, ta’ kif Albert Ganado kiber u warrad intellettwalment, professjonalment, moralment, kulturalment. Ħajtu ħalliet messaġġi profondi hi u għaddejja. Huwa xieraq li għall-futur tibqa’ x-xhieda minn ras il-għajn ta’ xi jfissru dawn il-messaġġi.

Giovanni Bonello

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 730 kg
Dimensions 24 × 16 × 3.2 cm
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Albert Ganado”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…