Availability: In Stock

It-Tabib Sandy

SKU: 9789995705749

30.00

96 in stock

Description

“Hawn min jipprova jqiegħed in-nies li jieħdu sehem fil-politika, kollha kemm huma, f’keffa waħda.  Min ikun għamilha magħhom minn ġewwa, bħali, jaf kemm dan huwa ‘l bogħod mir-realtà .  Sandy ma kienx iħobb jagħmel diskorsi astratti:  huwa bniedem konkret.  Imur għas-sod, għall-fatt.  Kien jaf id-dettalji sewwa; kine jaf in-nies xi jridu x’għandhom bżonn.”

Ugo Mifsud Bonnici, President Emeritu

“Fuq medda ta’ 32 sena u aktar assoċjat mal-politika, Sandy daq u ra minn kollox.  Kien żmien meta l-logħba politika kienet tintlagħab, biex ngħid hekk, “aktar bil-goff.” Din il-bijografija titkellem fuq bniedem li seta’ għażel il-ħajja komda u faċli, u l-qligħ tal-flus, imma minflok għażel li jikkontribwixxi għall-ġid ts-soċjetà  u biex jgħin lill-fqir u lill-batut.”

George Vella, Ministru tal-Affarijiet Barranin

L-1955 kienet sena kruċjali għal Malta.  Duminku Mintoff kien qed jipproponi l-Integration bħala soluzzjoni dejjiema għal Malta.  Alexander Cachia Zammit – tabib żagħżugħ ta’ 31 sena miż-Å»ejtun – kellu sfida minn ċ orġ Borg Olivier biex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista.

Id-deċiżjoni li jilqa’ l-isfida fetħet kapitlu politiku mill-iktar interessanti f’ħajjet Cachia Zammit fejn maż-żmien kien il-mutur ta’ diversi deċiżjonijiet ewlenin.  Dan kollu seta’ jsir anki grazzi għad-diversi esperjenzi li huwa kien għadda minnhom f’oqsma oħrajn qabel daħal fil-politika.

Is-sens ta’ lealtà  lejn il-mexxejja tiegħu u fuq kollox lejn il-pajjiż huma ċ-ċavetta biex jiftiehmu d-89 sena attivi li tanalizza din il-bijografija ta’ Alexander Cachia Zammit, it-Tabib Sandy.

Additional information

Category ,
Tag
Weight 990.0000 kg
Dimensions 24 × 17 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Note

sleeve with jacket

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “It-Tabib Sandy”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…