Description

Bejn kliem u storja

Matul dawn l-aħħar 7000 sena għexu fil-gżejjer Maltin bosta popli. L-istorja ta’ dawn in-nies kienet dokumentata bil-kitba matul l-aħħar 2,700. Il-perijodu li jmur lura fiż-żmien aktar minn hekk nistgħu nifmuh mill-iskavi u studji arkeoloġiċi.

Matul dan iż-żmien kollu, l-abitanti ħtiġilhom jikkomunikaw mhux biss ma’ xulxin, iżda wkoll mal-barranin minħabba raġunijiet ta’ kummerċ, amministrazzjoni u gwerer. Hekk kif matul is-sekli, il-kuntatt mal-barranin kompla jiżdied, żdied wkoll it-taħlit tal-ilsna, u għaldaqstant kiber ukoll il-vokabularju wżat skont l-ħsibijiet u l-bżonnijiet li dawn il-barranin ġabu magħhom.

L-ilsien Malti llum hu mogħni b’vokabularju ta’ termini u appellattivi, wirt tanġibli tal-istorja ta’ dawk kollha li ġew qabilna. Matul is-sekli li għaddew il-Maltin issoċjalizzaw mal-barranin f’oqsma differenti tal-ħajja. F’Malta kien hawn baħħara, sajjieda, artiġjana, nutara, rħieb u qassisin, suldati u skjavi ta’ kull ġens. Lil hinn mill-Belt kapitali u l-port kien hemm il-bdiewa u r-raħħala li żammew aktar mal-lingwa semitika minn dawk l-abitanti ta’ madwar il-port. Dawn kollha kienu immexxija mill-ħakkiema, l-aktar barranin, li introduċew is-sistema amministrattiva tagħhom.

Meta niflu d-dizzjunarji tal-Malti u naqraw l-ismijiet u l-appellattivi ta’ ħafna oġġetti u suġġetti tal-passat, ninnutaw li dawn jinkludu bosta referenzi ta’ kliem li ntużaw minn dawn in-nies li semmejna. ħafna minn dawn il-kliem qdiemu u saru klassifikati mal-kliem arkajku li jekk tażżarda tuzahom jidhqu bik. Kliem ieħor intesa u gheb ghal-kollox.

F’dan il-ktieb ħsibt li niġbor ġabra mdaqqsa ta’ dawn il-kliem u temi ta’ suġġetti relatati mal-ħajja tal-imgħoddi. Wara li għarbilthom għal valur storiku, u kultant etimoloġiku tagħhom, ħsibt li nippreżentahom f’paragrafi żgħar, bħala kliem partikulari, l-aktar għax ħafna minnhom huma kliem li ma għadux jintuża. Kull wieħed minn dawn is-suġġetti magħżula se jgħinna nifhmu aktar l-istorja soċjali tal-Maltin. Fil-ktieb insibu wkoll espressjonijiet u idjomi li jistħoqqilhom wkoll tifsira, għax xi wħud minnhom għadhom jingħadu sal-lum , mingħajr ma kultant nafu it-tifsira vera u oriġinali tagħhom.

Mas-suġġetti tal-istorja u l-kultura ta’ Malta, hemm imdaħħlin wkoll termini relatati mal-ambjent ta’ madwarna. Dan hu importanti għaliex kien dan l-isfond naturali tal-pajsaġġ Malti li sostna lill-ġenerazzjonijiet sħaħ biex ikampaw u jirrimedjaw għall-ħajja iebsa tal-gżejjer żgħar u ta’ ftit riżorsi. B’hekk f’dan il-ktieb inkunu dorna dawra mal-istorja ta’ Malta fuq it-tlett livelli differenti ‘€“ l-istorja tal-ħakkiema, l-istorja tas-soċjetà  u l-istorja tan-natura.

Din il-ġabra ta’ tifsiriet dwar kliem mill- jew tal-passat tagħmel parti mill-patrimonju Malti. Dan huwa dak il-patrimonju lingiwistiku u storiku, li bħall-esibiti magħmula minn biċċiet tal-fuħħar, statwi u oġġetti artistiċi oħra li jinsabu fil-mużewijiet, jixraqlu wkoll ikun ppreservat u ppreżentat b’mod prominenti għalina u għal dawk li jiġu warajna.

Dan il-ktieb hu maħsub biex iservi ta’ glossarju enċiklopediku dwar l-istorja ta’ Malta bil-ġrajjiet u d-drawwiet li għaddiet minnhom. Il-ktieb fih mas-sitt mitt suġġett spjegat. Dawn imissu ma’ kull rokna tal-istorja u l-kultura ta’ Malta eż:

  • Termini agrikoli, militari, marittimi, ekkleżjastiċi u artiġjanali
  • Toponimi tal-ibliet, l-irħula u nħawi oħra
  • Idjomi, qwiel u skrizzjonijiet barranin
  • Drawwiet antiki mill-ħajja ta’ kuljum
  • Twemmin, leġġendi u folklor
  • Episodji partikolari mill-istorja
  • Kliem antik jew minsi
  • Kurżitajiet oħra

Ara x’int tgħid ikompli fejn ħalla l-ktieb l-ieħor tal-istess awtur Bejn Kliem u Storja. Hu maħsub biex jibni glossarju enċilopediku illustrattiv li jagħti tagħrif dwar suġġetti u klime meħuda mill-istorja u kultura ta’ Malta, bil-karatteristiċi tagħha kollha.

Il-ktieb jiġbor mijiet ta’ suġġetti relatati ma’ kull qasam tal-ħajja u tal-mewt. Dawn huma miktuba f’paragrafi qosra li jidħlu fid-dettalji ta’ kull rokna tal-istorja u kultura ta’ dawn il-gżejjer.

Fil-ktieb insibu:

‘€¢ Termini agrikoli, ekkleżjastiċi, artiġjnali, tal-kostruzzjoni, storiċi, artistiċi
‘€¢ Toponimi tal-ibliet, l-irħula u nħawi oħra
‘€¢ Idjomi u qwiel bit-tifsir tagħhom
‘€¢ Drawwiet mill-ħajja tradizzjonali
‘€¢ Twemmin, leġġendi u folklor
‘€¢ Anedotti mill-istorja tal-Gzejjer Maltin

Il-ktieb jittratta mal-1,180 suġġett jew kelma mfissra. Fih ukoll mat-380 ritratt li jikkumplimentaw bosta minn dawn is-suġġetti

Biex il-kliem ikun sew

Dan il-ktieb ikompli mal-kotba BEJN KLIEM U STORJA u ARA X’INT TGċ¦ID. Dan il-volum ikompli jibni l-glossarju enċiklopediku u illustrattiv billi jagġti tagħrif dwar suġġetti u kliem meħuda mill-istorja u l-kultura ta’ Malta.

Il-ktieb jiġbor mijiet ta’ suġġetti relatati ma’ kull qasam tal-ħajja. Danw huma miktuba f’paragrafi qosra li jidħlu fid-dettall ta’ kull rokna tal-istorja u l-kultura ta’ dawn il-gżejjer. Fil-ktieb insibu:

  • Kliem antik jew minsi
  • Termini storiċi, agrikoli, ekkleżjastiċi, artiġjanali, tal-kostruzzjoni, artiġjanali u oħrajn
  • It-toponimi tal-ibliet, l-irħula u nħawi oħra
  • Idjomi bit-tifsir tagħhom
  • Drawwiet mill-ħajja tradizzjonali
  • Twemmin, leġġendi u folklor
  • Aneddoti mill-istorja tal-gżejjer Maltin
  • Il-ktieb jittratta mat-800 suġġett. Fih ukoll mal-200 ritratt.

Last remaining copies

Additional information

Category ,
Tag , , ,
Weight 1630.0000 kg
Author 2

Book Author

Cover

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Sett ta’ tliet kotba ta’ Martin Morana”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…