Description
Lehma Fehma huwa antoloġija (ġabra) ta’ poeżiji bil-Malti ta’ diversi poeti tradizzjonali u moderni, addattati għat-tagħlim tal-Poeżija Maltija fl-iskejjel medji u sekondarji.
Dan il-ktieb, miktub minn għalliem tal-esperjenza, huwa strutturat u ggradat u jagħti togħma lill-istudenti ta’ ġeneri ta’ poeżiji differenti, fosthom is-sunett, il-ħajku, il-ballata, u l-bqija.
Fih jinkludi:
• ġabra ta’ 75 poeżija
• jagħfas fuq il-punti li jbatu l-istudenti
• jiggwida lill-għalliema li għadhom fil-bidu
Kull lezzjoni fiha:
i. ritratt meħud lokalment marbut mat-tema tal-poeżija li tkun ġejja;
ii. taħtu mistoqsijiet biex l-istudenti jaslu għas-suġġett tal-poeżija;
iii. il-poeżija tal-poeti bil-versi nnumerati;
iv. taħriġ varju mqassam fuq tliet livelli;
v. nota bil-ħsieb, kummenti analitiċi, il-binja, it-termini letterarji u t-tifsir tal-kliem tqil ta’ kull poeżija.
vi. termini letterarji






























Reviews
There are no reviews yet.