Description
Dawwar ir-rutella u iġbor kard.
Irreċta jew pinġi sakemm sħabek jaqtgħu l-frażi.
Ħaffef għax 30 sekonda malajr jgħaddu!
Bit-tpinġija jew bil-mima garanzija ta’ tbissima!
Bit-tpinġija jew bil-mima garanzija ta’ tbissima
Logħba divertenti fejn il-plejers iridu jinqasmu f’timijiet u bil-mima u t-tpinġija jwasslu lil sħabhom biex jaqtgħu l-kelma jew frażi li titlgħalhom. Dan kollu fi ġlieda kontra l-ħin.
– aktar minn 430 kelma jew frażi
– tgħin fil-komunikazzjoni bejn il-plejers u l-kollaborazzjoni fi grupp
– issaħħaħ l-attenzjoni tal-plejers u l-komunikazzjoni bejniethom biex jaqtgħu l-kelma jew frażi preżentata lilhom
– logħba multisensorjali li minbarra li titħaddem it-teknika tal-assoċjazzjoni, issaħħaħ ukoll il-komunikazzjoni verbali u mhux verbali, u tħaddem bis-sħiħ is-sens tal-viżwal.
– jispikka wkoll l-element kulturali Malti fl-għażla tal-kelmiet u frażijiet marbutin mat-temi rispettivi
età: 7+
plejers: 4+
Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
keyword: xarpiklu, logħob bil-Malti, board games Malti, logħba bil-Malti







Reviews
There are no reviews yet.