Availability: In Stock

Siġar Maltin

SKU: 9789993276500

20.00

Description

Siġar Maltin: tagħrif, tnissil, ħarsien, għajdut jagħti tagħrif wiesa’ fuq is-siġar u jidħol aktar fil-fond fuq xi speċi indiġeni Maltin. Jiġbor tagħrif fuq il-ħajja tas-siġar u l-ambjent naturali tagħhom, kif dawn jistgħu jitnisslu u saħansitra jintużaw fit-tisbiħ tal-art. Juri ritratt bil-kulur ta’ kull speċi msemmija, kif ukoll taz-zokk, tal-werqa, tal-fjura u taż-żerriegħa.
Jagħti tagħrif ukoll fuq kif dawn kienu jintużaw fil-mediċina tradizzjonali, kif jissemmew fil-mitoloġija u fil-Bibbja.
Jissemmew ukoll il-prinċipji tal-ħarsien, l-użu u l-immaniġġar tas-siġar u t-theddid minn speċi invażivi. Ifiehem l-obbligi dwar il-ħarsien tas-siġar u l-ambjent naturali tagħhom – kemm dirett kif ukoll indirett – li Malta għandha bħala msieħba f’numru ta’ ftehimiet internazzjonali u anki dawk bħala Pajjiż Imsieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Il-ktieb jagħti wkoll ħarsa lejn il-liġijiet tal-ħarsien tas-siġar: mill-ewwel regolament li ġie ppubblikat fil-Gżejjer Maltin sa dawk li hemm fis-seħħ illum.
Siġar Maltin: tagħrif, tnissil, ħarsien, għajdut huwa ta’ għajnuna għall-għalliema u dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar is-siġar, jew biex jgħallmu aktar l-imħabba u l-għarfien tagħhom bħala parti mill-ħajja naturali li taqsam din l-art magħna.

Additional information

Category Category:
Tag Tag:
Weight 710.0000 kg
Dimensions 24 × 17 cm
Book Author

Cover

Language

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Siġar Maltin”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…