Availability: In Stock

L-Iżvilupp tal-Edukazzjoni f’Malta 1430–1924

Author: Joseph A. Xerri
SKU: 9789993217442

20.00

Categories: ,

Description

F’dan il-volum riċerkat b’għaqal u attenzjoni, Joseph A. Xerri jeżamina l-mixja edukattiva f’Malta mill- aspett ‘politiku’, kulturali, ekonomiku u soċjali. Kif jikteb il-Profs Borg fl-introduzzjoni tal-ktieb: “Fir-rakkont ta’ Xerri tispikka t-tensjoni kontinwa bejn il-mixja kajmana tal-istorja edukattiva u l-urġenza edukattiva taż-żgħir imtarraf li dejjem ħtieġlu jiġri meta ħaddieħor imrobbi fuq in-naħa l-oħra tax-xmara soċjo-ekonomiku, seta’ jimxi bil-pass tiegħu…toħroġ ċara l-funzjoni tal-edukazzjoni bħala strument ta’ poter” u l-fatt “li l-edukazzjoni tista’ tjassar daqskemm teħles.”

Xerri jżur it-taqtigħa bla waqfien biex jidħlu ċertu riformi, speċjalment dawk li b’xi mod kienu jmissu mal-kwistjoni tal-ilsna, fejn kienu jiżżeffnu l-ilsien Ingliż u dak Taljan.

Huwa jtemm ir-rakkont tiegħu bid-dibattiti fil-Parlament Malti dwar it-tagħlim tal-ilsna u d-dħul tal-liġi dwar l-attendenza obbligatorja.

Additional information

Category ,
Tag
Weight 1180.0000 kg
Dimensions 24.5 × 17.5 cm
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “L-Iżvilupp tal-Edukazzjoni f’Malta 1430–1924”

Your email address will not be published. Required fields are marked *