Description
Ikollok tbiddel il-mod kif taħseb, kif tħares lejn l-affarijiet tad-dinja.
Stejjer qosra, mimlijin misteru, stramberiji, waħx u sorpriżi, għall-kbar u għall-adolexxenti.
Ġaladarba dħalt fid-dinja tal-misteru u tal-waħx diffiċli biex toħroġ minnha.
Afisibha sew qabel tibda taqra!
Dlam – Tisfidahx għax jarralek…
Normalment ħolma kerha ma ddumx wisq. Ftit sekondi huma biżżejjed biex jibdluha fi ħmar il-lejl. U kulħadd jgħaddi minn xi esperjenza stramba u tal-biża’ f’ħajtu, li tinbidel f’inkubu.
Dawn l-istejjer qosra ta’ Marie Louise Ellul, bi stil ġdid, li laqatni, idaħħalni fid-dinja familjari tiegħi. Huma stejjer li jsammru l-musmar fuq rasu. L-istejjer li se naqraw f’dan il-ktieb huma l-ħmir il-lejl li ma rridux niltaqgħu magħhom fir-realtà, iżda darba jew oħra, fl-istħajjil, ma nistgħux naħarbu minnhom.
Merħba lil Marie Louise fil-fergħa makabra tal-Letteratura Maltija. Nistedinkom tidħlu tpassu miegħi fid-dinja mudlama,
stramba, misterjuża, waħxija tagħha.
– Anton Grasso







Reviews
There are no reviews yet.