Description
Bilingual Book – Maltese and English
Dan il-ktieb, li għandu 11-il storja miktuba minn Silvana Cardona, jikkonsisti fi stejjer qosra ta’ madwar 500 kelma. L-istejjer huma ambjentati f’Malta u jittrattaw dwar tfal u adulti li jesperjenzaw sitwazzjonijiet differenti f’ħajjithom.
Il-ktieb hu maħsub għat-tfal bejn it-tmien snin u t-12-il sena u l-iskop ewlieni tiegħu hu li qarrejja żgħar fl-età jkollhom ġabra ta’ stejjer qosra b’temi spiritwali li jistgħu jirrelataw magħhom, u li jħeġġuhom jirriflettu u jitolbu.
L-istejjer fil-ktieb huma ispirati minn spazji ta’ talb li jkunu animati mit-team tal-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel u minn ħafna edukaturi fi skejjel differenti li permezz ta’ dawn l-ispazji ta’ talb, wieħed jirrifletti u jitlob b’mod interattiv u kreattivi. Kull storja fil-ktieb hi kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Ma’ kull storja hemm QR Code li tieħu lill-qarrej biex jisma’ l-istorja.
Il-ktieb għandu tpinġijiet ta’ Mireille Tabone.







Reviews
There are no reviews yet.