Availability: Out of Stock

Sensei

Author: Edgar Formosa
SKU: 9789918201730

12.00

Out of stock

Category:

Description

Fiċ-ċentru ta’ dan ir-rumanz hemm il-mentoring, ibbażat fuq ir-rispett u l-gratitudni, kunċetti li mhux dejjem huma tanġibbli imma żgur li jinħassu.

Il-mentoring mhux mistenni mmexxi minn Katsumoto 先生 lil Patricia huwa wieħed li jmexxiha biex tilħaq l-għanijiet akkademiċi tagħha, u iktar lil hinn. Tul is-snin sħaħ ta’ studju fl-Università, Katsumoto 先生 sfidaha kemm-il darba lil Patricia. Għalkemm l-istudju tal-lingwa Ġappuniża kien diffiċli ħafna, l-appoġġ li Katsumoto 先生 dejjem ta lil Patricia, minn dak ’il bogħod kollu, kien dejjem milqugħ bil-qalb minnha u dejjem baqgħet tapprezzah.

Fir-relazzjoni akkademika li żviluppat, il-ħiliet lingwistiċi ta’ Patricia baqgħu dejjem jiżviluppaw. Ġieli bdiet tiddubita mill-abbiltà tagħha. Imma għelbet kull sfida, għax dejjem kien hemm dak il-leħen kalm ta’ Katsumoto先生 jidwi f’moħħha u jimbuttaha għal aktar … がんばれ (ganbare), Patricia san!

Mingħajr il-gwida u t-tmexxija ta’ Katsumoto 先生, flimkien mal-inkoraġġiment u l-appoġġ tiegħu, hija kemm-il darba kienet tistaqsi lilha nnifisha jekk kenitx qatt se tirnexxi, anke fil-professjoni tagħha ta’ għalliema. U meta tirrealizzaha din, Patricia dejjem tħoss gratitudni qawwija u dejjiema għal dik l-opportunità li ġiet ippreżentata lilha dawk is-snin twal ilu meta ltaqgħet ma’ Katsumoto 先生.

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 210 kg
Dimensions 21 × 13.5 cm
Book Author

Cover

Language

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Sensei”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…