Availability: In Stock

Il-Ħalfa tad-Destin

Author: Michael Cini
SKU: 9789918201013

13.00

Description

Fejn qatt kont nobsor li l-Gran Mastru De Valette kellu bint, u li din kienet se tiġi hawn Malta f’nofs l-Assedju l-Kbir?

U ferm aktar minn hekk, min kellu jgħidli li f’dan l-uragan ta’ mwiet, battalji ħorox u taqtigħ il-qalb bla qies, jien u hi konna se nsiru ninħabbu?

Veru li jiena kont wieħed mill-gwardji personali ta’ De Valette fdat bil-missjoni sigrieta li akkost ta’ kollox, anki ta’ ħajti stess, kelli nfittex li nipproteġi u nħarrab lil Isabella minn Malta … qabel ma t-Torok jaħtfuha taħt idejhom!

Imma tgħid, kif kien se jirnexxilna noħorġuha minn Sant’Anġlu meta kull fejn tħares, ħlief suldati Torok għassa tagħna ma kontx tara? Kif konna se nħarrbuha sal-Imdina u neħduha l-Kastell t’Għawdex biex wara, insalpaw biha lejn Sqallija meta x-xwieni Torok kienu l-ħin kollu għaddejjin bir-ronda, jgħassu bir-reqqa l-ibħra kollha tal-madwar?

U fuq kollox, min kien lest li wara dawn il-perikli kollha jibqa’ magħha sal-aħħar … biex jeħlisha wkoll minn dak it-tirann li kienet se tkun imġiegħla tiżżewweġ kontra qalbha …?

Ħlief jien!

Additional information

Category Category:
Tag , , ,
Weight 490 kg
Dimensions 20.1 × 13.1 cm
Book Author

Cover

Language

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Il-Ħalfa tad-Destin”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…