Availability: In Stock

Mużajċi tat-Tafal

Author: Joe Camilleri
SKU: 9789918200306

13.00

1 in stock

Category: Tag:

Description

Dawn in-novelli jressqulna l-mużajċi ta’ karattri ordinarji li niltaqgħu magħhom kuljum. Minn barra jistgħu jidhru  sħaħ u qawwija, iżda meta nterrq1u magħhom fit-tiġrib ta’ ħajjithom nintebħu li huma nies tat-tafal. Nies li baqgħu ankrati mal-imgħoddi tagħhom u jibżgħu minnu. Oħrajn li jixxenqu għal żegħila ta’ apprezzament. Bnedmin li jgħixu l-fantasiji sesswali jew li huma msallba minn ossessjonijiet bħall-biża’ mill-ewtanasja. Bnedmin li jfittxu X-Ray tagħhom infushom għax ma jafux jiskopru x’hemm midfun f’qiegħ ta’ qalbhom u ruħhom. Karattri li jitbandlu mal-iskossi u l-bidliet kulturali. Uħud vittmi tal-egoiżmu jew ta’ piki suppervi li jġarrfu familja. Karattri li jinħbew taħt il-maskri. Kultant jirrabjawna; kultant iqanqlulna ħasra jew jiġbdulna tbissima.

Nimxu ma’ niex tad-demm u l-laħam f’esperjenzi varjati li jgħaddu minnhom. Ninfdu l-filoxxi tal-ħajja u niltaqgħu mal-kunflitti interni u fir-relazzjonijiet, mat-tensjonijiet, mal-beżgħat, mal-kuntradizzjonijiet, in-nuqqas ta’ komprensjoni, id-diżillużjoni, il-falliment, l-emozzjonijiet qliel. Ma’ dak li jsawwar il-mużajk fraġli tal-ħajja.

Additional information

Category Category:
Tag Tag:
Weight 410 kg
Dimensions 21 × 13.5 cm
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Mużajċi tat-Tafal”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…