Description

Dan il-vizzju li naħdem bi ħwejġi qatt ma stajt neħles minnu. Fradal kelli kemm ħalaq Alla imma qatt ma lbisthom, u s-sabiħa li dejjem kont nixtrihom. Kważi ma’ kull biċċa għodda li kont nixtri kont nixtri magħha fardal. Forsi biex bih insodd ħalq Ġemma li dejjem tgerger bil-ħmieġ u t-trab. Mhux se tfehemha li l-ħajja kollha trab. Inkluż aħna. Aggregazzjoni u partiċelli ta’ trab. Imma ma’ dak it-trab ridt nitwaħħad biex minnu noħloq xi ħaġa. Biex nonfoħ fih u ngħaddilu kisra minn ruħi. Biex nagħtih isem u kunjom u vini u pulmun u saħansitra qalb li tħabbat. Kont niġi naqa’ u nqum mill-ġkieket u l-ingravati u l-qomos li ddawwar Ġemma hi u tisħet u tgerger. Kif se tfehemha li anki Alla stess kien ċappas ħwejġu bit-trab meta ħalaq lilna?

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 280.0000 kg
Dimensions 20.4 × 13.4 cm
Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “L-Izvijati”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…