Availability: In Stock

Il-Kennies tal-Ġenna

SKU: 9789995738327

12.00

Category:

Description

‘Lena, ħabbejtek ħafna.  Nemmen – bla ma mifhem għaliex – illi inti wkoll ħabbejtni.  Man-nisa jien delli tqil, miegħek mod ieħor.’

‘Meta l-Imprial Bar ħadu Bertu … konna ninżlu mill-Barrakka għal kafਠjew 7-up float… u hemm konna nitkellmu fuq kollox, imma l-aktar fuq il-mużika … kulħadd kien f’xi kamp, Elvis, Pat Boone, Paul Anka … Minn hemm bdejna bid-dances, norganiżżaw il-concerts u hekk.  L-ewwel darba li f’Malta s-serati kienu mixed, boys u girls, imħallta … Il-Barrakka, l-ICE Club, it-Teensville u l-imperial Cafਠ… jgħidu x’jgħidu l-bravi tal-kotba, minn hemm bdiet il-modernizzazzjoni ta’ Malta ċ dida.’

‘Minn dejjem niftakarni b’lehma femminili.  Maqfula f’qoxra illi mhux tiegħi, b’sider nagħfus ‘il ġewwa.  U noħlom illi xi darba ġismi ta’ vera se jfaqqas u jispara ‘l barra.  U fl-aħħar ikolli d-dehra li tassew tixraqli…’

‘Tgħid fit-teatru biss li t-traġedji dejjem jispiċċaw bil-mewt u l-kummiedji dejjem jispiċċaw biż-żwieġ?’

‘Iż-żibel tagħna dejjem se jibqa’ jdur magħna!  Iż-żibel hu immortali!  Tista’ tkissru, taħarqu, tibdillu l-forma; imma ż-żibel tagħna nġorruh magħna.  Iż-żibel jista’ jixxerred fl-arja, jinħall fl-ilma, jidbiel fil-ħamrija, jinbidel f’gass, duħħan, nugrufun, jivvjaġġa fuq jew taħt l-art, idur mad-dinja – imma bħall-mewt, ma jintemm qatt.’

‘U bdew jitkellmu fuqi bil-lingwa l-ġdida tal-Ismaċuċ … ċ iet ivvintata biex permezz tagħha jkun hemm aktar komunikazzjoni max-xadini … il-vokabularju tagħha majgħoddx aktar minn 300 kelma.  L-ewwel ma ntużat kien ma’ ħmitax-il idjota b’IQ vera baxx … Permezz tal-Ismaċuċ saru saħansitra kapaċi jmexxu talkshows fuq it-televixin.’

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 90.0000 kg
Dimensions 20.0 × 13.0 cm
Publisher

Book Author

Cover

Year of publication

Author 2

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Il-Kennies tal-Ġenna”

Your email address will not be published. Required fields are marked *