Availability: In Stock

L-Istorja ta’ Nicholas Azzopardi

SKU: NIAZ

12.00

1 in stock

Description

Nicholas Azzopardi qatt ma kellu ċans inaddaf ismu u ġieħu mit-tebgħa tal-allegazzjonijiet li saru kontra tiegħu. Il-każ tiegħu qatt ma wasal il-Qorti.

Jekk tifli d-dokumenti tal-Appoġġ u tal-Pulizija u tara l-mod dilettantesk u nieqes minn kull professjonalità  serja dwar kif ġie trattat dan il-każ, tara li m’hemmx dubju li l-każ kontra Nicholas Azzopardi kien jaqa’ għax ma kienx hemm provi serji u bbażati fil-fatti kontra tiegħu. Il-linji gwidi li suppost jiġu osservati f’każi delikati bħal dawn ma ġewx osservati.

Minkejja t-twissija li saret minn persuni mdaħħlin fil-każ biex l-allegazzjonijiet li kienu qegħdin jagħmlu kontra xul­xin il-miżżewġin fl-inkwiet jiġu mgħarblin sew għax kienu impikati ma’ xulxin, minkejja li meta jkun hemm inkwiet fiż-żwieġ, it-tfal spiss jintużaw kontra n-naħa l-oħra u jiġu anke influwenzati x’għan­dhom jgħidu, il-Pulizija għaġġlet tarresta lil Nicholas Azzopardi u takkużah li abbuża sesswalment minn bintu.

Fid-29 ta’ Settembru li għadda Nicholas Azzopardi kieku ċċelebra 43 sena. Min jaf kemm kien jitbissem kieku lejn il-familja tiegħu u ħbiebu. Imma llum jista’ jitbissem biss mir-ritratt żgħir li hemm fuq qabartu, il-qabar 337, fiċ-ċimi­terju tan-Naxxar.

Additional information

Category , ,
Tag
Weight 345.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Book Author

,

Cover

Year of publication

Author 2

,

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “L-Istorja ta’ Nicholas Azzopardi”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…