Description
L-istejjer f’dal-ħames ktieb huma msejsin fuq temi pjuttost soċjali, bħall-kollass ta’ familja ta’ gabillot wara li r-raba’ tagħha tittieħed għall-bini ta’ appartamenti (Il-Parrinu); id-diqa u l-kedda ta’ tifel orfni li jiżġiċċa minn idejn uffiċjal Governattiv li kien qiegħed iwasslu f’istitut iżda ma ridux jieħu miegħu l-kelb li kien l-uniku ħabib tiegħu (Ġużi u l-Kelb); is-slaleb tal-ħajja jsegwuna anke meta suppost qegħdin nieħdu pjaċir (Mal-Banda fi Sqallija); ftit ħsebijiet f’għeluq il-mitt sena mit-tmiem tal-pesta tal-1813 fil-gżejjer Maltin u speċjalment f’Ħal Qormi li kien ir-raħal l-iżjed milqut minn dan il-flaġell qerriedi (Il-Monument); ir-responsabbiltà tal-istudenti u tal-għalliema (L-Eżami); l-uġigħ fiżiku u psikoloġiku ta’ żagħżugħ b’diżabiltà li jrid isib l-identità tiegħu fix-xogħol u fl-imħabba bil-ħila tiegħu u mhux b’riżultat ta’ pjaċiri mitluba għalih mill-ġenituri tiegħu (id-dramm Waħdu fil-Folla); ir-regħba bla rażan u bla mistħija ta’ persuni fil-poter (Il-Ministru jżur bank Svizzeru); dawk li jaħdmu n-nar tal-festa jridu jkunu persuni tal-galbu u tal-affari tagħhom (B’tislima lil Baldass); l-imrar u n-niket ta’ poplu magħkus f’reġim dittatorjali, bħalma kien dak ta’ Ceauşescu fir-Rumanija (Zoe); id-diżastru grottesk li jista’ jseħħ meta l-amministrazzjoni ta’ entità, bħal bank, tagħlaq għajnejha għalkollox ħlief għar-regoli (L-ammont ta’ €0.00).
F’dawn id-disa’ stejjer u dramm jimirħu diversi karattri f’sitwazzjonijiet li kienu, għadhom u jibqgħu jeżistu sakemm il-bniedem jibqa’ jgħix f’din id-dinja.
































Reviews
There are no reviews yet.