Availability: Out of Stock

It-Tfajjel li qasam geddumu u stejjer oħra

SKU: 9789993275183

10.00

Out of stock

Category:

Description

In-novelli li hawn f’dan il-ktieb kważi kollha għandhom tfajjel jew tfajla bħala l-protagonisti tagħhom. It-tfal, meta joħorġu miż-żmien tat-tfulija u jidħlu fiż-żmien taż-żgħożija, jagħmlu kambjament mhux biss fiżiku iżda wkoll psikoloġiku u jibdew jaraw il-ħajja b’mod differenti ħafna: uħud minnhom jinfatmu mill-valuri li kienu mtellgħin fihom u donnhom ħabta u sabta jibdew jippretendu li jafu kollox; li ħadd m’għandu jindaħlilhom x’jagħmlu u x’ma jagħmlux; li kollox mhu xejn għalihom; il-kelma dnub donnha ma tibqax teżisti; jibdew jagħmluha mal-kumpanija; jidħlu f’ambjent fejn ikunu iktar dgħajfa li jiddakkru minn kriterji kuntrarji għal dawk li kienu mrobbijin fihom, mid-droga, mix-xorb, mis-sess, mill-vjolenza, mill-vandaliżmu; u oħrajn.

Din il-ġabra tinkludi 14-il novella fosthom: It-tfajjel li qasam geddumu; Att ġenwin ta’ ħniena; Il-par żarbun tal-pupi; Kellha tkun il-viżta; Inħaffu u nitolbu; Il-prietka tal-Milied tat-tifel; Luqa … mhux Luke; Ix-xufier tal-kowċ u ż-żewġ aħwa; Il-kelb u t-tlett itfal; Il-ġurdien li ma obdiex ‘l ommu; Tifħir mistħoqq; Tifla għaqlija; ċ użi u s-Sur ċ użà¨; Qabel magħha.

L-aħħar ġabra ta’ novelli ta’ Dun Anton Sammut li miet fid-9 ta’ Settembru 2013.

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 250.0000 kg
Dimensions 20.5 × 13.5 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Note

edizzjoni klabb kotba maltin numru: 264

Author 2

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “It-Tfajjel li qasam geddumu u stejjer oħra”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…