Description
Il-Limitu Uman
B’erbgħa u għoxrin siegħa jifirdu l-mistoqsijiet mit-tweġibiet, l-arloġġ tal-mewt idur bla ħniena, jiġbed lejh aktar protagonisti waqt li jarmi tensjoni bla qies hu u jersaq lejn tmiem li daqskemm huwa mistenni, tant ieħor kapaċi jkun mistmerr.
Bil-kapitlu l-ġdid miftuħ beraħ, il-konfrontazzjoni bejn il-qawwiet tal-ordni u l-midja tintensifika ruħha hekk kif numru ta’ rivelazzjonijiet se jaħsdu lil kulħadd. Il-gwerra tal-imħuħ għall-ewwel darba se tiżviluppa wkoll f’taqbida fiżika meta jiġi magħruf li entitatjiet ġodda minbarra ż-żewġ gruppi se jservu ta’ soluzzjoni jew aktar dilemmi fejn il-bilanċ ġa sottili jista’ jikkawża mwiet u traġedji ma’ kull min imiss ma’ dan il-każ. Fost dan il-paniku kollu, karattru solitarju u enigmatiku għandu s-setgħa li jikxef min hu l-għadu, imma xieraq li jintalab bħala prezz il-ħajja ta’ persuna innoċenti biex iseħħ dan?
Il-Kontroll se jintlaħaq, imma min tassew se joħroġ rebbieħ: Min ġa werwer nazzjon u xorta se jeħlisha jew min kapaċi jwaqqaf kollox anke jekk is-sagrifiċċju jġib l-għajb ta’ kulħadd?
Rumanz Polizjesk









Reviews
There are no reviews yet.