Description
L-ewwel edizzjoni ta’ The Life and Adventures of Santa Claus ħarġet għall-bejgħ fl-1902. Sal-lum il-ġurnata għadu wieħed mill-iktar kotba popolari ta’ Baum, tant li fl-aħħar mija u għaxar snin kellna diversi edizzjonijiet tiegħu. Barra minn hekk ħarġu fis-swieq rumanz grafiku, żewġ kartuns animati u serje ta’ ‘anime’ bbażati fuq dan il-ktieb. Fih insibu rrakkontata b’mod ħlejju l-ħajja ta’ Santa Klaws, persunaġġ dejjem ferrieħi li bid-daħka tiegħu jattira minnufih is-simpatija tal-qarrejja. Ir-rakkont jibda mill-mument tal-addozzjoni tiegħu mill-Fatina Neċile fil-foresta ta’ Burzee u jkompli pass pass tul ħajtu kollha: il-wasla f’Wied il-Għors; il-ħdim tal-ġugarelli għat-tfal; il-ksib tal-immortalità u ħafna episodji oħrajn. L-istil hu wieħed mexxej u b’sempliċità Baum jispjega lill-qarrejja l-bidu tat-tradizzjonijiet kollha marbuta mal-Milied, bħal pereżempju is-siġra tal-Milied. Għalkemm Baum dejjem emmen li l-vjolenza m’għandhiex ikollha post fil-kotba tat-tfal, f’The Life and Adventures of Santa Claus hemm aspetti daqsxejn mudlama u vjolenti fil-ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin. Kollox ma’ kollox il-mertu kbir ta’ Baum hu dak li ddeskriva lil Santa Klaws b’mod mill-aktar ħaj, iwassalna biex insiru nafuh aktar mill-qrib u fl-istess ħin jgħaddilna tagħlima morali.
“Hekk dan ir-raġel, bit-tjubija kbira tiegħu, rebaħ il-qalb ta’ kulħadd; u mhix ħaġa tal-iskantament li kien dejjem kuntent u ferħan, għax ma kienx hemm dar fid-dinja kollha fejn ma kienx jiġi milqugħ aħjar mill-aqwa re.”

































Reviews
There are no reviews yet.