Availability: In Stock

MANWEL DIMECH

SKU: 9789993217237

10.00

990 in stock

Description

“Kulmin tassew jixtieq il-ġid tal-Maltin ma jistax ma jfittixx li jdawwal il-menti tal-poplu kollu, irġiel u nisa.  Dan ma jistax jagħmlu ħlief bit-tixrid ta’ kotba Maltin, kotba li jistħoqqilhom tassew l-isem ta’ kotba.”

Manwel Dimech

Il-Bandiera tal-Maltin, 22 ta’ Marzu tal-1902

Din hija ġabra ta’ kitbiet dwar Manwel Dimech.  Il-kitbiet jistħarrġu bosta aspetti tal-personalità , il-ħsieb u ż-żminijiet tiegħu.  X’edukatur kien?  Xi spiritwalità  kellu?  Kif kien jaħsibha fuq l-identità  tal-Maltin u ta’ popli oħra?  X’relazzjoni kellu mas-setgħa?  Kif uża l-midja ta’ żmienu?  Kif kien iħares lejn il-mara Maltija u l-emanċipazzjoni tagħha?  X’soċjaliżmu kien iħaddan?  X’rabta kellu mat-teatru?  Kif saret ir-riċerka dwaru?

Dawn huma wħud mill-mistoqsijiet li jiġu mwieġba f’dan il-ktieb.  Il-kitbiet, li huma kollha xogħol ta’ persuni esperti fl-oqsma tagħhom, iduru dawra sew ma’ Dimech.  ifittxu li jifhmuh aktar fil-ħiliet u l-limitazzjonijiet li kellu.

Din hi l-ewwel darba li qiegħda tiġi mxandra kollezzjoni bħal din.  Fiha nnifisha, trid tiftaħlek toroq oħrajn ħalli l-istudji ta’ Dimech jikbru u jitkattru.

Meta nifhmu l-bieraħ aħjar, ngħixu l-illum tagħna b’mod isbaħ, u nilqgħu b’aktar ħila u qlubija għall-għada.

Additional information

Category ,
Tag Tag:
Weight 280.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “MANWEL DIMECH”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…