Availability: In Stock

Il-Qawra titkellem

SKU: 9789995705725

10.00

994 in stock

Categories: , ,

Description

“Fil-Qawra kien hemm xi għoxrin familja u konna qisna familja waħda, mhux bħal-lim – bilkemm naf ‘il ħadd!” DORIS BUSUTTIL

“Konna ngħinuhom fir-raba’ qabel immorru l-iskola, anke meta konna għadna tant żgħar ta’ sitta u seba’ snin… Veru li ma kinetx xi ħajja mill-aqwa imma qatt ma konna bil-ġuħ.” CARMEN FENECH

“Jien ferħan ħafna li twelidt il-Qawra.  Avolja li l-Qawra tal-lum m’għandha xejn x’taqsam mal-Qawra li niftakar jien.  X’differenza!” JOE GAUCI

“Ma kellhomx bżonn arloġġ, il-ġurnata kienet tibda x’ħin jisbaħ u ttawwal sa ma jidlamm, anzi wara li jidlam ukoll kienu jsibu x’jagħmlu.” MARIA GAUCI

“Konna nħosu ruħna inferjuri għan-nies ta’ San Pawl il-Baħar u sikwit kona nistħu ngħidu li aħna mill-Qawra.” KELINA MUSCAT

“L-għajn tas-Salina kienet isservi biex in-nies jgħumu fiha u jieħdu saħħithom għaliex kienu jemmnu li dak l-ilma jfejjaq.  B’xorti ħażina m’għadhiex teżisti.  Jew difnuha jew xi ħaġa hekk.” ANJESA SAMMUT

“Kieku missieri u ta’ qablu kellhom jaraw x’sar il-Qawra, kieku kemm jiddispjaċihom u jgħidu ‘Hawn x’ġara? Dan mhux aktar il-post li nafu aħna’, aktarx li ma jagħrfuhiex, din l-art fejn kellhom ir-raba’ tagħhom li issa mimlija b’bini għoli.  Kien post tant kwiet!  Kemm isewdu qalbhom jaraw il-Qawra tal-lum!” CARMELO SAMMUT

Additional information

Category , ,
Tag
Weight 420.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Book Author

,

Cover

Year of publication

Author 2

,

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Il-Qawra titkellem”

Your email address will not be published. Required fields are marked *