Description
F’dan il-ktieb l-awtur jagħti daqqa t’għajn ħafifa lejn id-dinja tal-leġġendi. Jagħti tagħrif ta’ kif l-istorja nazzjonali u l-fidi kienu żewġ sorsi ewlenin ta’ ispirazzjoni għall-ħolqien ta’ bosta leġġendi. Jagħti tagħrif ukoll dwar kittieba u l-influwenzi tal-leġġendi fuq il-ħajja ta’ kuljum. Jiġbor xi leġġendi f’diversi taqsimiet – leġġendi dwar l-oriġini tar-razza Maltija, oħrajn Kristoloġiċi, Marjani u dawk marbuta mal-qaddisin. Il-leġġendi fuq San Pawl u l-Konti Ruġġieru ġew miġbura f’taqsima għalihom. Xi leġġendi nġabru minn fomm il-poplu. Hemm ukoll tagħrif biex il-qarrej jifhem aħjar il-leġġendi. Dan il-ktieb immirat sew għal min għandu għal qalbu l-wirt folkloristiku Malti kif ukoll għall-istudent li qed ifittex tagħrif biex iseddaq it-triq tiegħu fil-qasam tat-tagħlim.











Reviews
There are no reviews yet.