Description
Id-dar tan-nanna Neża u l-qattus tagħha Leo kienet waħda enormi. Għal Wilbert, kull darba li kien imur għandha, kienet isservih bħala avventura biex joqgħod jesplora kull rokna li kien hemm fid-dar.
Imma fid-dar kien hemm kantina kbira li kienet ilha magħluqa għal aktar minn għoxrin sena. Kienet sorpriża kbira għal Wilbert meta b’kumbinazzjoni rnexxielu jsib il-muftieħ ta’ din il-kantina.
B’din l-iskoperta u bil-muftieħ f’idu, Wilbert iddeċieda li jidħol jesplora din il-kantina. Ftit kien jaf li fil-kantina kien hemm passaġġ li se jieħdu fuq l-akbar avventura ta’ ħajtu… avventura li ħaditu fuq gżira u li magħha kien hemm marbut il-pendent dehbien.




































Reviews
There are no reviews yet.