Description
Hemm element ewlieni u qawwi li jolqtok fil-ġabra ta’ novelli ċ¦allih ħa jonfoħ ir-Riħ ta’ Mikiel: il-kontemporanjetà . U dan kollu mfisser b’mekkaniżmi letterarji oriġinali u effettivi li ma jtaqqlux it-ton u r-ritmu tan-novella, minkejja li wieħed iħoss ċertu eklettiżmu mfittex f’din il-ġabra.
Novelli minsuġa minn djalogu konċiż, vibranti, grammatikalment maqtugħ u sottintiż b’allużjonijiet anki metaforiċi meħuda mid-dinja tad-divertiment żagħżugħ.
Il-kontemporanjetà f’dawn in-novelli hi ta’ dinja movimentata, bla kwiet, iżda paradossalment l-awtur żagħżugħ jinqeda bil-ħila letterarja tiegħu biex ma jħalli xejn jaħrablu minn taħt għajnejh, mill-osservazzjoni, f’waqtiet nebbiexa, rarament filosofika, jekk mhux ta’ live and let live, appuntu ċ¦allih ħa jonfoħ ir-Riħ.
ċ orġ Peresso









Reviews
There are no reviews yet.