Description
Ktieb bl-istampi bla kliem
Ħjiel kif tista’ tuża ktieb bl-istampi bla kliem
- Ibda billi ssaqsi lit-tfal ibassru mit-titlu x’se jiġri fl-istorja.
- Ħarsu flimkien lejn kull paġna tal-ktieb. Saqsi lit-tfal x’qed jaraw f’kull stampa. Introduċilhom kliem ġdid.
- Ibda mill-ewwel paġna u itlob lit-tfal jivvintaw storja mill-istampi.
- Bl-użu ta’ xi apparat irrekordja lit-tfal jgħidu l-istorja.
- Waqt li t-tfal ikunu qed jivvintaw l-istorja, ikteb x’qed jgħidu. Dan jgħin lit-tfal jagħrfu li l-ħsibijiet tagħhom jistgħu jinkitbu.
- Iddiskuti s-sekwenza tal-istorja li jkunu ħolqu t-tfal.
- Oħloq djalogu bejn il-karattri. L-istorja tista’ tinbidel f’reċta.
- Ħalli t-tfal jilagħbu bil-ktieb f’rokna kwieta tal-klassi.
- Ħeġġeġ lit-tfal joħolqu ktieb tal-istampi bit-tpinġijiet tagħhom.


































Reviews
There are no reviews yet.