Availability: Out of Stock

Tqanqil

SKU: 9789993297734

7.99

Out of stock

Category:

Description

Dora kienet għadha tħares issummata lejh, u t-tifla beżgħet minnu u trekknet ma’ djul ommha. Alla tal-ħniena! Kif kien inbidel. Wiċċu kien abjad karti, għajnejh fil-ħofra; xagħru kien għadu folt u sabiħ, iżda kollu mnaqqax bl-abjad. Kien sar għadma u ġilda; hekk magħlub li l-flokk taċ-ċingi u x-shorts qasir li kien liebes kienu jidhru mlaħilħin u mdendlin miegħu. U leħnu kien maħnuq u dgħajjef.

ċ¦areġ idu biex jieħu b’tagħha, u tathielu. Idu, minkejja s-sħana, kienet tinħass iebsa, mreigħda u kiesħa silġ. Nina kienet qaltilha sewwa: Frans kien marid serjament. Tħassritu. Telqilha idha u dar lejn it-tifla:

“Din tiegħek?” staqsiha, dejjem b’leħen maħnuq.

“Iva,” weġbitu Dora, b’qalbha trid tinqasam. Kemm xtaqet tgħidlu: “U tiegħek ukoll!” ċ¦asset id-dmugħ ifur f’għajnejha u kkontrollat ruħha.

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 280.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Tqanqil”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…