Availability: In Stock

L-Imnara Vol.10 Nru. 3 Ħarġa Nru. 38

SKU: 9213803510190

5.95

991 in stock

Category: Tag:

Description

Is-sejba tal-passaġġi sigrieti, mimlija għadam tal-mejtin, li jdawru wieħed mill-kappelluni tal-knisja ta’ San Girgor fiż-Żejtun kienet, sa mill-bidu nett, qanqlet l-għatx għal aktar tagħrif fuq il-ġrajja tagħhom. F’artiklu ferm interessanti Fiona Vella tagħtina t-tagħrif kollu li hu magħruf s’issa, u tiċċara wkoll x’wassal għas-sejba ta’ dawn il-passaġġi moħbija fil-ħitan ta’ din il-knisja.

Ix-xitan, forsi dari aktar mil-lum, kien minn dejjem fuq fomm il-Maltin u l-Għawdxin, u t-twemmin fih għadu b’saħħtu sal-lum. Marlene Mifsud Chircop tagħmel analiżi ddettaljata u interessanti fuq l-aspetti kulturali, folkloristiċi, u psikoloġiċi ta’ dan it-twemmin ta’ niesna, u tħares lejn din il-fergħa tal-kultura popolari minn perspettiva li ma tantx aħna mdorrijin inħarsu minnha.

Żewġ stejjer interessanti immens ­­– waħda fuq il-ħares u l-oħra fuq il-waħx, ippubblikati minn Pietro Perolari-Malmignati, Taljan ta’ nisel nobbli li qatta’ xi snin f’Malta lejn it-tieni nofs tas-seklu dsatax. Dan it-Taljan ħalla miktub it-tifkiriet taż-żjara tiegħu f’Malta u, fost affarijiet oħra, semma dawn iż-żewġ stejjer li, fil-verità, ftit smajna bħalhom. Hi ħasra li x-xogħol ta’ Perolari-Malmignati ftit hu magħruf fostna, u dan l-artiklu jservi biex itaffi ftit dan in-nuqqas.

Additional information

Category Category:
Tag Tag:
Weight 170.0000 kg
Dimensions 29.7 × 21 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “L-Imnara Vol.10 Nru. 3 Ħarġa Nru. 38”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…