Description
X’għandhom komuni Sandro u Sherese?
X’jiġu minnhom Sylvia u Stephen; u kif jidħlu Hailey u Isaac?
Kif qegħdin jippruvaw jegħlbu l-isfidi li tippreżentalhom ħajja li fiha jridu bilfors ibatu l-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet tal-ġenituri tagħom?
Vera li Sherese ttiegħem l-inbid qares fil-Praċett? U għaliex Sandro l-Griżma jaħsibha tal-morda? X’jiġri sewwasew fil-Barry Pub? Sandro jirnexxilu jmur Għawdex ma’ sħabu tal-każin? U Sherese għaliex trid b’saħħa tmur l-Isplash & Fun? In-Najxu u l-Pagun min huma? Għalfejn jgħidulhom hekk?
Hemm min iqis lill-protagonisti bħala aħwa imma vera li dawn jiffansjaw lil xulxin? Jew forsi qed jinqdew b’xulxin biex iduqu l-ewwel frott tal-imħabba? Vera li t-tnejn li huma mxennqin għas-sess? Tgħid insiru nafu jekk hux vera li missier Sandro kien jaqlibhielha lil ommu? U l-ispettur għaliex rett daqshekk? Forsi minħabba l-pressjoni tax-xogħol? Jew għax minnu supperv? Għaliex telqitu martu?
Dawn iż-żewġ rappreżentanti tal-adoloxxenti kontemporanji Maltin ikellmukom direttament, bla ħabi u tidwir mal-lewża, f’dan l-ewwel rumanz mill-pinna ta’ Leli.







Reviews
There are no reviews yet.