Description
Dominik, tifel ħelu u fuq ruħu, jirċievi rigal mingħand zijuh Samuel għal għeluq sninu, rigal li dejjem xtaq, pinna mill-isbaħ.
Qatt ma kien ra bħalha qabel. Il-lewn tagħha dehbi, u t-tul tagħha mimli kollu b’figura ta’ dragun, ta’ lewn aħmar sabiħ…
Jum fost l-oħrajn, Dominik joħroġ fil-bitħa tad-dar u jibda jikteb fil-pitazz ohxon li kien jużah bħala djarju. U xhin ix-xemx, bil-qajla l-qajla, tibda tersaq għal fuqu u tahbat miegħu, jintebaħ li din mhijiex pinna bħal kull pinna oħra.










Reviews
There are no reviews yet.