Description
ċ¦jiel mill-Istorja ta’ Malta
Waħda mill-ewwel ġrajjiet ta’ attakki Torok fuq il-gżejjer Maltin wara li ġew jaħkmu fuqna l-Kavallieri fl-1530 kienet f’Mejju ta’ l-1551. Dik il-ħabta, jikteb l-istoriku Giacomo Bosio, Malta u Għawdex kienu għadhom bilkemm fortifikati. F’Malta kien hemm swar biss madwar il-belt ta’ l-Imdina u fortifikazzjoni oħra f’Castellamare waqt li f’Għawdex kien hemm biss kastell fil-qalba tal-gżira. Dan kien żgħir u tond u mibni għall-antika.
Dik id-darba Sinan Baxa kien ġie b’armata ta’ 18,000 Tork, uħud minnhom ganniżari li kienu l-iktar qalbiena fl-armata tas-sultan. L-ewwel ħabtu għal Malta u assedjaw lill-Imdina. Wara li serqu u ħarbtu kemm felħu, qatgħuha li jitilqu. ċ ara, iżda, li huma u ħerġin mill-port ta’ San Pawl il-Baħar, qabdu dgħajsa ta’Għawdex li fiha kien hemm Paolo de Nassis, wieħed mill-ġurati tal-gżira. Dan qal lil Sinan li Għawdex kien bla difiża. U sinan, għalhekk, baqa’ sejjer Għawdex bl-armata tiegħu u f’inqas minn tlett ijiem rebaħ il-kastell u ħa biċċa l-kbira tan-nies ilsiera.
Leġġendi Maltin







Reviews
There are no reviews yet.