Description
Il-poeżiji u t-taqbiliet ta’ Ä użè Orlando jirrakkontaw grajjiet u realtajiet tal-ħajja soÄjali u politika f’Malta fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin li qajla Ä¡ew irrakkontati fil-poeżija Maltija. L-awtur ma jillimitax ruħu bil-lingwaġġ Romantiku tal-awturi ta’ żmienu imma jinqeda bil-lingwaġġ ħaj ta’ kuljum. Waqt li jikkritika bla ħniena l-inÄ¡ustizzji mal-poplu ż-żgħir, f’poeżiji bħal ‘Lill-Bandiera Maltijaâ jwassal is-sentimenti patrijottiÄi qawwija ta’ poplu kkolonizzat u mÄaħħad mid-dritt li jmexxi lilu nnifsu. Kull attakk kontra d-dinjità tal-poplu, jgħid Orlando, iqanqal fil-Maltin “l-akbar qillaâ.






