Description
L-Ispettur Fred Zammit huwa investigatur fis-snin sittin. Magħruf mill-kollegi tiegħu bħala l-aqwa ta’ kull żmien fejn tidħol l-investigazzjoni ta’ omiċidji li seħħew matul il-karriera twila tiegħu.
Fred qorob is-sittin, ftit riservat u mdawwar b’nies li jafda. Ġentlom u ta’ qalb tajba. Ma jmur imkien mingħajr il-lobbja f’rasu u s-sigarri li jżomm dejjem fuqu fil-kaxxa tal-fidda. Huwa jħabbat wiċċu ma’ tliet każijiet separati ta’ omiċidji li ngħata r-responsabbiltà mill-Kummissarju biex jinvestigahom u jwassal lill-ħatja għall-ġustizzja, flimkien mas-Surġent Pawlu Briffa. Bil-limitazzjonijiet li kellha l-Pulizija fiż-żmien li seħħew dawn il-każijiet, tispikka l-intelliġenza tal-Ispettur Fred.
Jirnexxilu l-Ispettur Fred isolvi l-każijiet tal-qattiel tan-nisa li tterrorizza pajjiż u taż-żagħżugħ li nstab maqtul il-Wardija? U min qatel lil tal-bagalja u għaliex?







