Description
Biex taqra dan il-ktieb għandek bżonn lil xi ħadd miegħek ħalli tkunu tistgħu tagħmluha ta’ karattri differenti, tibdlu postkom ma’ xulxin, tidħqu fil-vojt u tinterpretaw il-karattri b’ħafna mutetti. Ġewwa hemm l-istruzzjonijiet li għandek bżonn.
F’dal-ktieb għandek misteri xi ssolvi, ħwejjeġ tal-biża’, stejjer romantiċi u perikli li trid tiffaċċjahom.
Però oqogħdu attenti! Dan il-ktieb JINBIDEL. Jista’ jsir ballun, dublett u kappell, skont il-bżonn. IPPRUVAW ĦA TARAW!
Imma fejn marret Rożina l-baqra?









