Description
L-istejjer f’dan il-ktieb jibdew billi jlaqqgħuna ma’ Karamellu u n-nanniet nisa tiegħu, it-tnejn imgeżwrin fl-għonnella, waqt mawra sal-Belt f’jum b’ħafna riħ.
Stejjer oħrajn huma dwar ittra sorpriża li nannu ta’ Karamellu jirÄievi mill-Awstralja, tifel li kien magħruf bħala ‘Il-Mangliż’, banda tat-tfal li kienu jgħidulha ‘Il-Banda ta’ Indri’, u tagħrif dwar minn fejn Ä¡ew l-ismijiet Maltin tal-jiem mill-Ħadd sas-Sibt.
Stejjer oħra li jnisslu kurżitajiet huma dwar ponta ta’ bajda u baħħar famuż Taljan, in-nanniet irÄ¡iel ta’ Karamellu li kienu jħobbu jmorru jistadu flimkien, tifel li kien joqgħod ixarrab tfal li jkunu għaddejjin mit-triq, u tokki strambi ta’ qanpiena li qassis jibda jisma’ bla ma jaf mnejn kienu Ä¡ejjin.
Naqraw ukoll dwar battikata li jieħu nannu ta’ Karamellu minħabba tnalja.
In-Nannu Karm










