Tumas l-iskola mar,

Lela baqgħet id-dar.

Meta għamel il-ħin 

Marru xtraw maqrut bnin.

Wenzu mar il-bandli

U nesa jilbes is-sandli

Għax ħallieh fil-kamra

Ta’ kuġintu s-samra.

Niggustah il-ġelat

Wisq iżjed mill-awrat.

Inħobb ukoll l-għaġin,

Anki xi biskuttin.

Il-ħanut tal-pjazza

Jbigħ il-karamelli,

Il-ġuġu` u t-tofi

U ftit ġugarelli.