Pizza No. 7

Pizza No. 7 li se jkun għall-bejgħ aktar tard f’Awissu huwa ktieb ieħor mis-sensiela Fil-Kċina m’Anton.

Dan il-ktieb jagħti l-opportunità lil kull min iħobb il-pizza, li jagħmel din l-ikla, li dejjem qiegħda isir aktar popolari mal-Maltin. Bħas-soltu Anton jagħtina varjetà kbira ta’ pizez. Fost oħrajn f’dan il-ktieb insibu pizzez bil-brunġiel, bit-tiġieġ, bil-brokkoli, bil-patata, bl-ispinaċi friska u saħansitra bl-aruka. Barra mir-riċetta klassika tal-pizza nsibu riċetti tad-deep pan, il-calzone u l-focaccia.

Kull min iħobb jiekol il-pizza għandu jkollu ktieb bħal dan fil-kċina tiegħu.

Kotba oħra f’din is-sensiela:

Għaġina Ħelwa No. 1Ikel Sajfi No. 2Barbeques No. 3Il-Milied: Cocktail parties u ħelu No. 4Ikel għall-Milied No. 5Għaġin No. 6